Il-Politika dwar il-Cookies

CooperSurgical, Inc. u l-affiljati tagħha (CooperSurgical) jirrispettaw id-dritt tiegħek għall-privatezza u huma impenjati biex jipprovdu sit web li jkun sikur u sigur għall-użu tiegħek.

X’INHI COOKIE?

Cookie hija fajl żgħira li titlob permess biex titpoġġa fil-hard drive tal-kompjuter tiegħek. Ladarba inti taqbel, il-fajl tiġi miżjuda u l-cookie tgħin fl-analiżi tat-traffiku tal-web jew tinfurmak meta inti żżur xi sit partikulari. Il-cookies jippermettu lill-applikazzjonijiet tal-web li jwieġbuk bħala individwu. Lapplikazzjoni tal-web tista’ tfassal l-operat tagħha skont il-bżonnijiet tiegħek u skont dak li jogħġbok u dak li ma jogħġbokx , billi tiġbor u tiftakar l-informazzjoni rigward il-preferenzi tiegħek.

GĦAL XIEX JINTUŻAW IL-COOKIES?

Aħna nużaw il-cookies li jilloggjaw it-traffiku biex nidentifikaw liema paġni qegħdin jintużaw. Dan jgħinna nanalizzaw id-data rigward it-traffiku u l-użu tal-paġni tal-web, u ntejbu s-sit web u s-servizzi tagħna sabiex infassluhom skont il-bżonnijiet tal-klijenti tagħna.

Din l-informazzjoni mhijiex personali fin-natura tagħha u tista’ tinkludi:

  • L-indirizz tal-protokoll tal-Internet tiegħek
  • X’tip ta’ brawżer jew kompjuter tuża
  • In-numru tal-links li tikklikkja fuqhom fis-sit
  • L-istat jew il-pajjiż li minnu dħalt fis-sit
  • Id-data u l-ħin taż-żjara tiegħek
  • L-isem tal-fornitur tas-servizz tal-Internet tiegħek
  • Il-paġna tal-web li minnha dħalt fis-sit tagħna
  • Il-paġni li rajt fis-sit tagħna

B’mod ġenerali, il-cookies jgħinuna nipprovdulek sit web u servizz aħjar, billi jippermettulna li nimmonitorjaw liema paġni ssibhom utli u liema le. Cookie bl-ebda mod ma tagħtina l-aċċess għallkompjuter tiegħek jew għal xi informazzjoni dwarek, minbarra d-data li inti tagħżel li taqsam magħna.

Għas-sistema tagħna tal-ordnijiet online, li tippermetti lill-klijenti li jagħmlu l-ordnijiet permezz talInternet, kwalunkwe informazzjoni tal-kuntatt sottomessa lis-sit web tista’ tintuża bħala punt ta’ kuntatt.

X’TIP TA’ COOKIES NUŻAW?

Cookies tal-preferenzi

Dawn jippermettu lis-sit li jiftakar is-setings tal-utent, bħal liema hi l-lingwa ppreferita tiegħek jew irreġjun li tinsab fih. Pereżempju, minħabba li jiftakar il-lingwa tiegħek, is-sit jiġi ppreżentat b’dik illingwa meta inti terġa’ tidħol fis-sit. Jekk il-cookies tal-preferenzi jiġu mblukkati, l-utent ikollu esperjenza tas-sit aktar fqira, imma flaħħar nett għandha tibqa’ funzjonali.

Sigurtà

Dawn jawtentikaw id-dħul tal-utent, u jipproteġu lill-utenti mis-serq tad-data (pereżempju millformoli fil-paġni tal-web).

Jekk il-cookies tas-sigurtà jiġu mblukkati, jista’ jiġri li ma tkunx tista’ tidħol fis-sit.

Proċess

Dawn jgħinu fl-esperjenza tan-navigazzjoni tas-sit.

Jekk il-cookies tal-proċess jiġu mblukkati, is-sit jista’ ma jiffunzjonax kif mistenni.

Analitiċi

CooperSurgical tuża l-cookies tal-Google Analytics li b’mod unanimu jiġbru d-data dwar kif inti tuża ssit. Id-data analitika tipprovdilna għarfien intuwittiv dwar kif qegħdin jintużaw is-siti tagħna, u tgħinna nipprovdu esperjenza tal-utent li kontinwament titjieb.

Jekk il-cookies tal-Google Analytics jiġu mblukkati, is-sit tkompli tiffunzjona mingħajr nuqqasijiet.

INTI GĦANDEK IL-KONTROLL FUQ KIF AĦNA NUŻAW IL-COOKIES

Id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika tal-UE tirrikjedi li kwalunkwe sit web li jpoġġi l-cookies filkompjuters tal-utenti għandu jikseb il-kunsens. CooperSurgical tadotta politika ta’ kunsens implikat. Dan jippermettilna li niddeduċu l-kunsens meta utent ma jirrifjutax il-cookies.

Inti tista’ tagħżel li taċċetta jew li tirrifjuta l-cookies. Il-maġġoranza tal-brawżers tal-web awtomatikament jaċċettaw il-cookies, imma inti ġeneralment tista’ timmodifika s-setings tal-brawżer tiegħek biex tirrifjuta l-cookies jekk tippreferi hekk. Dan jista’ jimpedik milli tikseb vantaġġ sħiħ missit web.

LINKS MA’ SITI WEB OĦRAJN

Is-sit web tagħna jista’ jkun fih links għal siti web oħrajn għall-imsieħba fin-negozju tagħna, jew kumpaniji oħrajn li mhumiex affiljati mal-kumpaniji ta’ CooperSurgical. Dawn il-links ġew ipprovduti għall-konvenjenza tal-utenti tagħna. Aħna m’aħniex responsabbli għall-prattiki rigward il-privatezza jew il-kontenut ta’ dawk is-siti, u ninkoraġġuk tkun kawt meta żżurhom. B’mod partikulari, aħna nirrakkomandawlek li tara l-politika dwar il-privatezza li ssib f’kull sit.

INFORMAZZJONI IMPORTANTI OĦRA

Il-kumpaniji CooperSurgical huma impenjati sabiex jipproteġu l-privatezza tiegħek u se jinkorporaw it-teknoloġiji meħtieġa biex jipprovdu esperjenza tal-utent sikura u pjaċevoli. Il-kumpaniji CooperSurgical jirriservaw id-dritt li jimmodifikaw din il-proċedura fi kwalunkwe ħin.